Lokali Qorti

Mhux ħati ta’ qtil involontarju ta’ Taljana fl-2016 fin-Naxxar f’inċident tat-traffiku

Xufier ta’ trakk mill-Mellieħa ma nstabx ħati mill-Maġistrat Nadine Lia ta’ qtil involontarju ta’ żagħugħa Taljana fl-2016 fin-Naxxar. Il-Qorti qalet li mill-provi jirriżulta li l-azzjonijiet tal-vittma, Johanna Boni (ritratt), wasslu għan-nuqqas minn naħa tagħha ta’ ‘proper lookout’ hija u hierga minn fuq l-istop sign meta kien hemm trakk mghobbi konkos jaghmel l-istess qabilha.

Il-Qorti qalet li mill-provi kollha miġbura u mressqa mill-prosekuzzjoni li l-każ ta’ qtil involontarju fil-konfront ta’ Carmel Cauchi ta’ 59 sena ma ġiex ppruvat sal-grad rikjest mil-liġi u għalhekk illiberat lill-imputat mill-imputazzjoniet kollha dedotti kontrih.

Johanna Boni ta’ 27 sena, li kienet qed issuq mutur fit-8am, tal-5 ta’ Jannar tal-2016 tilfet ħajjitha f’ħabta ma’ trakk fin-Naxxar. L-inċident kien seħħ fi Triq il-Labour, qrib ix-showroom ta’ Kind’s, fit-triq li minn Ħal Lija twassal għal Mosta.
Il-vittma li kienet oriġinarjament minn Scoglitti, fi Sqallija, bint omm Maltija. Kienet ilha f’Malta għal madwar sena u saħansitra kienet indifnet f’Malta. It-tfajla kienet iċċertifikata mejta fuq il-post.

F’sentenza ta’ 64 paġna Cacuhi ma nstabx ħati wkoll li wkoll li saq bla kont u b’manjiera traskurata. Xhud li kien qed isuq ħdejn it-Teknopark, sejjer fid-direzzjoni tan-Naxxar kien irrakkonta li ra t-trakk miexi bil-mod fid-direzzjoni opposta.

“Ma naħsibx li sewwieq tat-trakk induna li kien ħabat mal-mutur, qal ix-xhud, li kien ukoll perit. Il-mutur deher “minn imkien” kompla jgħid u li spjega li ma kienx ċert jekk il-mutur kienx ġej min-Naxxar jew minn wara t-trakk. Iżda s-sewwieq tal-mutur saq dritt madwar it-trakk “kważi jmiss… eżatt taħtu,” huwa qal.

Xhud ieħor qal li l-bumper tat-trakk kien mess il-mutur, u dan wassal biex idur. Il-katavru tal-vittma spiċċa xi 27 metru bogħod mill-post fejn it-trakk waqaf wara li kaxkar il-mutur miegħu. Xhud ieħor qal li meta sehh l-incident, ix-xhud kien għaddej mit-triq u meta ra li kien ġara xi ħaġa, waqaf sabiex jara jekk kienx involut xi ħadd li jafu, minħabba li kien midħla sew tal-muturi.

Innota li l-mutur kien taħt in-naħa ta’ quddiem tat-trakk fin-nofs. Seta jinnota ukoll li l-mutur kien għadu ingranat fuq il-first gear. Fi kliemu, kien hemm “perit” li kien qabad il-gear leaver tal-mutur u beda jibdel il-gears tal-mutur mill-posizzjoni oriħinali.

Meta sehh dan, ix-xhud kien madwar erba’ jew ħamaes metri ‘l bogħod mill-mutur. Stqarr li meta waqaf jara x’kien ħara, it-triq kienet diġa` magħluqa mill-Pulizija. Dam fuq il-post għal madwar tliet siegħat biex jgħin f’kaz li tinqala’ l-ħtieġa u ma jiftakarx li xi ħadd kien kellmu fuq il-lok tal-inċident.

Qal ukoll li jaħseb li meta wasal fuq il-post, l-inċident kien ilu li seħħ bejn 15-il u 20 minuta. Kien hemm diversi persuni li baqgħu fuq il-post imma dawk li kienu mil-linja tal-police tape ‘il ġewwa kienu uffiċjali u esperti tal-Qorti. Huwa ra lill-“perit” ibiddel il-gears tal-mutur wara li dan kien inqala’ minn taħt it-trakk u kien se jisserrah ma ħajt. Iċċara li baqa’ jiftakar din il-kwistjoni tal-gears minħabba li raha stramba, għalkemm ma kienx jaf x’kienu l-konklużjonijiet tal-esperti dwar il-gears.  

Surġent tal-pulizija mit-taqsima tat-traffiku li wasal fuq il-post tal-inċident ftit wara li ġie mwissi, fakkar li ra frammenti umani u demm fit-triq. Wiċċ il-vittma kien “farrak” mal-impatt. -uffiċjal kien għatta l-ġisem bla ħajja taż-żagħżugħa b’folja tal-plastik.

L-awtopsja kkonfermat li l-vittma kellha brix kompatibbli mat-tkaxkir, kif ukoll laċerazzjonijiet u ksur fuq riġel tal-lemin u għonq kompatibbli ma’ trawma ċatt. Espert imqabbad mill-Qorti kien xehed li t-trakk kien jinsab ‘l isfel fuq in-naha tax-xellug minn fejn kien il-katavru b’distanza ta’ aktar minn 27 metru bejniethom u l-mutur kien fuq quddiem tat-trakk, bir-rota ta’ wara tiegħu qiegħda tħokk mar-rota ta’ quddiem tan-naħa tax-xellug tat-trakk.

Dan kien evidenti mill-grif fil-wiċċ tat-triq li set’ gie kkagunat mill-‘foot rest’ jew il-‘kick starte’r tal-mutur. Spjega l-fatt li l-mutur gie mkaxkar għal distanza kbira fuq it-tarmak seta’ kellu effett fuq il-“gear lever’ u fil-fatt instabet “mgħawwġa ganċ”.

Il-gearbox tal-mutur hija ‘six piece gear’ u bhala fatt, instab ingranat fil-fifth gear, li mhux gear li wiehed juża biex jaqla’ għax normalment, taqla’ fuq is-second gear jew almenu t-third. In kwantu ta’ indicators, dawn kienu mitfija u anke` l-magna tal-mutur kienet intfiet għalkemm l-ignition key kienet tidher “on”. Il-mutur ma kellu l-ebda ħsara għajr għal tkaxkir u xi tgħawwiġ bħal fil-gear lever u fit-tank tal-petrol. Rigward it-trakk, spjega li huwa sab li s-sistema tal-brakes kienet taħdem kif suppost.

Minħabba li t-trakk kien mgħobbi bil-konkos meta’ seħħ l-inċident, kien tbattal  għal ħo trakk iehor. Spjega li meta t-trakk ikun mgħobbi jkun hemm iżjed momentum minhabba l-piż addizzjonali. Spjega ukoll li għalkemm kien hemm xi tyres lejn wara li kienu kemmxejn lixxi, dawn ftit kellhom effett fuq il-braking minħabba li t-trakk mgħammar b’10 tyres b’kollox inkluż erba settijiet ta’ double-wheels u roti kienu kollha minfuħa bl-arja kif suppost. Ikkonkluda li fuq il-lok, ma kienu viżibbli l-ebda ‘brake marks’, la tat-trakk u lanqas tal-mutur.

B’referenza ghall-eżamijiet li għamel, fejn fost affarijiet oħra saq it-trakk bid-dawra lejn il-lemin, eskluda li kien hemm xi ‘blind spotż inerenti mill-mirja.  Saħaq li t-tyers f’dan il-kaz, dawn ma kellhom l-ebda kontribut lejn l-incident. Il-Qorti qalet li mid-dinamika ta’ kif seħħ l-inċident u kif wara gie rikostutwit waqt l-aċċess jirriżulta li l-pern tal-każ tal-prosekuzzjoni huwa propju fuq il-kwistjoni tal-mirja.

Madankollu mix-xhieda ta’ l-istess espert li wasal għal dan il-konklużjoni li fuqha l-prosekuzzjoni ressqet il-każ tagħha, jirriżulta li anke li kieku kien hemm dawn il-mirja dan l-inċident ma kienx se jiġi evitat għaliex il-vittma qasmet mix-xellug għal-lemin minflokk baqgħet sejra dritta meta marret taqbeż it-trakk.

Mill-provi jirirżulta li t-trakk kien mgħobbi u kien qed jaqla minn fuq stop sign bil-mod. Jirrħzulta li l-vittma li kienet warajh marret biex taqla minn fuq listess sinjal u riedet taqbżu u taqsam għal-quddiemu minnflok baqgħet sejra
dritta. Mix-xhieda ta’ l-esperti u dawk okkulari irriżulta li fil-verità ssewwieq tat-trakk ma seta jagħmel xejn biex ikun jaf li l-vittma kienet se tagħmel dik il-mossa li biha poġġiet ħajjitha f’tant periklu.

Jirriżulta wkoll li l-vittma, sfortunatament, u b’konsegwenzi tant koroh issograt taqbeż trakk mgħobbi bil-konkos li bil-fors kellu jimxi bil-mod minflok stennietu jaqla u toħroġ bil-mod warajh. Jidher li l-mutur ried jaqbeż dan it-trakk hu u ħiereġ u bil-mossa li għamlet, bil-kalkoli li għamlet inqabbdet mar-rota tat-trakk u b’hekk tkaxkret b’konsengwenzi tant gravi.

Mix-xhieda ta’ l-espert waqt l-aċċess jirriżulta li ma jeżistix dak il-livell ta’ dubju dettat mir-raġuni li l-imputat naqas minn dak li kien qed jagħmel u ta’ importanza huwa l-fatt li bil-mirja u mhux mirja dan l-incident qatt ma kien se jġii evitat għaliex kien propju l-vittma li saqet bil-mod kif saqet biex tipprova taqbeż it-trakk. Għall-akkużat deheru l-Avukati Arthur Azzopardi, Jacob Magri u Alessia Zammit Mckeon. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roiderick Spiteri.