Lokali

“Nirrifjuta li nħares lejn iċ-chats ta’ Rosianne Cutajar” – Clifton Grima

“Nirrifjuta li nħares lejn iċ-chats ta’ Rosianne Cutajar”.

Kienet din it-tweġiba li tana l-Ministru tal-Edukazzjoni Clifton Grima meta saqsejnih għaliex il-Labour qed jagħżel li jżomm miegħu lil Rosianne Cutajar. Bil-Partit ta’ Abela jżomm skiet assolut dwar dan l-aħħar każ li qed jitfa’ pressjoni enormi fuq Kastilja.

U filwaqt li dar fuq il-ġurnalisti tal-media Laburista biex ma jweġibx id-domandi ta’ Net News, Clifton Grima baqa’ ma qalilniex x’inhi r-raġuni għaliex qed jiskarta l-kontenut politiku ta’ dawn il-messaġġi bejn Yorgen Fenech u Rosianne Cutajar.

Is-sena li għaddiet, Rosianne Cutajar kienet instabet ħatja mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa wara li kisret il-Kodiċi tal-Etika tal-istess Assemblea minħabba li ma ddikjaratx il-qrubija li kellha ma’ Yorgen Fenech. Anke dakinhar, hi sabet l-appoġġ sħiħ ta’ Robert Abela u tal-Partit Laburista.