Lokali

Pumpiera jintervjenu wara li doubledecker ħadet in-nar

Ftit tal-ħin ilu, il-membri tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jintervjenu f’operazzjoni delikata, wara li doubledecker ħadet in-nar.

Dan il-każ seħħ għall-ħabta tal-4.15 ta’ waranofsinhar fl-Imġarr.

Kawża ta’ dan, inħolqot konġestjoni kbira ta’ traffiku fl-inħawi, bil-kelliem għall-Pulizija saħaq li b’xorti tajba ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejijn.