Lokali Parlament

Rosianne Cutajar m’attendietx laqgħa ta’ kumitat parlementari konġunt

Propju l-għada li kienu ppubblikati chats b’konversazzjonijiet tagħha ma’ Yorgen Fenech, id-deputat Laburista Rosianne Cutajar m’attendietx għal-laqgħa konġunta tal-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat PArlametnari għall-Affarijiet Barranin.

Fuq l-aġenda tal-laqgħa konġunta kien hemm żjara ta’ Valutazzjoni mill-OSCE Office for Democratic Institutions and Human Rights.

Il-laqgħa konġunta kienet preseduta mid-deputat Laburista Glenn Bedingfield.