It-Tlieta filgħaxija, l-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista eleġġa lil Stefan Caruana bħala s-Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv il-ġdid tal-partit.
Fil-kariga tiegħu bħala Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv, Stefan Caruana se jkun responsabbli mill-organizazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali, kif ukoll il-loġistika meħtieġa biex l-organi u l-organizzazzjonijiet tal-partit iwettqu l-ħidma politika tagħhom b’mod effiċjenti ta’ kuljum.
Stefan Caruana hu għalliem tal-mużika u l-istudji teatrali, kif ukoll il-Minority Leader fil-Kunsill Lokali tal-Gudja. Min naħa tiegħu, Stefan Caruana rringrazzja lil Rudolph Marmara għall-kontribuzzjoni li ta minn Awwissu tas-sena 2021.
Min naħa tiegħu, Stefan Caruana rringrazzja lil Rudolph Marmara għall-kontribuzzjoni li ta minn Awwissu tas-sena 2021.
//= $special ?>