Lokali Qorti

Taljan u żewġ Somali jinżammu arrestati fuq każ ta’ serq

Żewġ Somali u Taljan inżammu taħt arrest wara li tressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, akkużati li serqu €70 lil raġel u li żammewh kontra l-volontà tiegħu. L-Ispettur Keith Xerri akkużahom ukoll li jgħixu ħajja ta’ għażż u ta’ vagabundaġġ.

L-akkużati huma t-Taljan Daniele Di Bona ta’ 33 sena u s-Somali Fatah Mohamud Hassan ta’ 39 sena u Daud Shiek Ahmed ta’ 28 sena. It-tlieta li hima m’għandhomx indirizz fiss f’Malta u ma jaħdmux. Huma wieġbu li mhumiex ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom. F’dan l-istadju, l-avukat Yanika Bugeja m’għamlitx talba għall-ħelsien mill-arrest peress li l-akkużati m’għandhomx residenza fissa. Għaldaqstant huma ttieħdu mill-ewwel fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.