Fl-aħħar sigħat terremot ieħor laqat il-Lvant Nofsani, din id-darba l-Afganistan, il-Pakistan u l-Indja, hekk kif sa issa minn tal-anqas 10 persuni mietu, bl-ammont ta’ vittmi mistenni jitla’ fis-sigħat li ġejjin.
Il-qawwa tat-terremot kienet imkejla 6.5 fuq l-iskala richter.

L-ammont ta’ persuni li weġġgħu qed ikun imbassar li qabeż sew il-200, hekk kif hemm zoni li tant huma remoti li anki rapporti internazzjonali qed isibuha diffiċli għall-kisba tal-informazzjoni.
Fl-2005, il-Pakistan kien intlaqat minn terremot aktar b’saħħu, bl-ammont ta’ vittmi kien jaqbeż id-79,000.
//= $special ?>