Lokali Qorti

Wara li astjeniet mill-każ, l-Imħallef taġixxi fuq nota tal-AĠ u tordna biex Mark Camilleri jiġi investigat

Wara li aktar kmieni mal-jum l-Imħallef Edwina Grima astjeniet mir-rikors ippreżentat minn Rosianne Cutajar biex jittieħdu passi kontra Mark Camilleri, kontra s-solitu abitutdni tal-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg, din ippreżentat nota f’temp qasir fil-Qorti Kriminali biex tittieħed azzjoni.

Għaldaqstant l-Imħallef Grima ordnat lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga jekk il-ġurnalist Mark Camilleri huwiex suġġett għal azzjoni kriminali talli ppubblika eluf ta’ messaġġi bejn id-Deputata Laburista Rosianne Cutajar u Yorgen Fenech.

It-traskrizzjonijiet ta’ 2,200 chat ta’ WhatsApp jiżvelaw relazzjoni intima bejn il-koppja fi żmien meta Cutajar kienet qed qed taqbeż għal Yorgen Fenech u ma taqbilx ma’ sejħiet biex hu jiġi nvestigat fuq suspettata korruzzjoni. Dawn jinkludu referenzi għal rigal li kien taha dak iż-żmien.

L-avukati tad-deputat Laburista qed isostnu li l-pubblikazzjoni tal-messaġġi tikser is-segretezza imposta mill-qorti. F’deċiżjoni li ngħatar wara nofsinhar, l-Imħallef Edwina Grima ordnat lill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa biex jinvestiga lil Camilleri u biex jinforma lill-qorti jekk id-dokumenti li ppubblika kinux protetti mill-projbizzjoni.

Digriet tal-qorti ta’ Novembru 2021 ipprojbixxa l-pubblikazzjoni tad-data kollha ittajpjata u elettronika fil-fajl tal-każ kontra Fenech, li qed jistenna li jgħaddi ġuri għal allegata kompliċità fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. L-Imħallef talbet ukoll lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinforma lill-qorti jekk Camilleri huwiex suġġett għal xi azzjoni kriminali talli kiser dik il-projbizzjoni b’disprezz tal-qorti.

L-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg, is-solut tant kajmana, ma damitx ma’ laqgħet talba mill-avukati ta’ Cutajar biex jinfurmaw lill-qorti dwar il-pubblikazzjoni, li jgħidu li tikser l-artikolu 517 tal-Kodiċi Kriminali. Jgħid: “Jekk l-Avukat Ġenerali jew il-Pulizija jsiru jafu bil-pubblikazzjoni ta’ xi kitba li tikser dan l-artikolu, għandhom jinfurmaw lill-qorti li biha tkun saret l-ordni ta’ projbizzjoni u għandhom iwettqu dawk id-direzzjonijiet li l-qorti għandha tagħti, bil-fomm jew bil-miktub, biex jittieħdu proċeduri quddiem il-qorti, jew permezz ta’ taħrika jew b’arrest.”

Iċ-chats xegħlu l-pajjiż wara ħarġu it-Tlieta fuq il-blog ta’ Camilleri ġurnata qabel kellha tkompli l-kawża ta’ libell li d-deputat ressaq kontra Camilleri. Is-seduta, quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello ġiet differita għal 4 ta’ April minħabba li tinsab indisposta.

Cutajar qed ifittex lil Camilleri minħabba dak li ppublika fil-ktieb tiegħu, A Rent Seeker’s Paradise, li hi kellha relazzjoni ma’ Fenech biex tavvanza fil-karriera politika tagħha. Cutajar għamel tliet talbiet għal azzjoni fil-forma ta’ ittra legali lill-Avukat Ġenerali u żewġ applikazzjonijiet legali ppreżentati fil-qorti.

Cutajar akkumpanjat lill-avukati tagħha fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali biex tgħaddi ittra legali fejn titlob lill-kap prosekutur jinforma lill-Qorti Kriminali dwar il-pubblikazzjoni tal-messaġġi. Għal Mark Camilleri qed jidher l-Avukat David Bonello filwaqt li għal Cutajar qegħdin jidhru l-Avukati Edward Gatt u Mark Vassallo.