Lokali

58% ma jivvutawx lill-partit politiku li jkun ippropona l-introduzzjoni ta’ l-abort

Stħarriġ li għadu kemm sar minn misco International Limited wera li l-abort għandu impatt b’saħħtu fuq il-preferenza tal-voti, fejn 58% qalu li mhux se jkunu lesti jivvutaw lill-partit politiku li jkun ippropona l-introduzzjoni ta’ l-abort.

Minn dawk kollha li ħadu sehem fl-istħarriġ, terz qalu li iżjed ikunu lesti li jivvutaw lil partit ieħor filwaqt li terz ieħor qalu li jkunu lesti ma jivvutawx. It-terz l-ieħor sempliċiment qalu li ma jivvutawx lil dan l-partit. L-għan ta’ l-istħarriġ kien sabiex ikun stabbilit l-impatt tal-kwistjoni dwar l-abort fuq il-mod kif in-nies bi ħsiebha tivvota.

L-impatt kien rifless ukoll fuq livell ta’ kandidati, fejn 53% ta’ min irrisponda qalu li jippreferu jivvutaw għal kandidati li jkunu ħarġu kontra l-introduzzjoni ta’ l-abort f’Malta. B’kuntrast ma’ dan, 19% biss qalu li jippreferu jivvutaw għal dawk il-kandidati li huma favur l-abort, filwaqt li għal 28% din il-kwistjoni ma tagħmlilhomx differenza.

Bħala kuntest, 59% ta’ kull min irrisponda jemmnu li l-liġi kif ġiet ippreżentata fil-Parlament dwar it-twaqqif tat-tqala effettivament se tkun qed iddaħħal l-abort f’Malta. Dan deher ukoll mill-fatt li 28% biss jaqblu mal-proposta dwar l-abort kif tressqet mill-Gvern filwaqt li 55% ma jaqblux, l-iżjed fost dawk ikbar fl-eta u b’livell ta’ edukazzjoni ogħla.

38% qalu wkoll li ma jivvutawx għall-partit li s-soltu jippreferu jivvutaw għalih jekk dan il-partit jipproponi li jiddaħħal l-abort, filwaqt li 20% qalu lima jivvutawx. Fil-fatt, wieħed minn kull ħamsa biss qalu li jekk il-partit li s-soltu jippreferu jivvutaw għalih jipproponi li jdaħħal l-abort, dawn ma jivvutawx għalih. 23% qalu li ma tagħmlilhomx differenza.

Meta kienu mistoqsija dwar il-partit li huwa kontra l-abort, 48% qalu li jkunu lesti jivvutaw għalih b’kuntrast ma l-20% li qalu li ma jivvutawx għalih. U filwaqt li 23% qalu li ma tagħmlilhomx differenza, 9% oħra qalu li jkunu lesti ma jivvutawx.

L-istħarriġ sar fost 526 parteċipant li jiffurmaw parti mill-online panel ta’ MISCO bejn it-8 u t-13 ta’ Marzu 2023. Dawn il-parteċipanti mill-online panel ta’ MISCO intagħżlu b’sistema ta’ random probability sampling.