Futbol Sport

Bayern Munich ikeċċu lil Nagelsmann u jaħtru lil Tuchel

Tard l-Erbgħa filgħaxija ħarġet l-aħbar li Bayern Munich keċċew lil kowċ Julian Nagelsmann u minfloku se jaħtru lil Thomas Tuchel.

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Bayern tilfu 2-1 kontra Bayer Leverkusen filwaqt li l-eqreb rivali tagħhom Borussia Dortmund rebħu u telgħu fl-ewwel post tal-klassifika. Bayern jinsabu wkoll fil-kwartifinali tal-UEFA Champions League fejn se jkunu qed jilagħbu kontra Manchester City.

Għal Thomas Tuchel din se tkun l-ewwel esperjenza tiegħu wara li aktar kmieni dan l-istaġun tkeċċa minn kowċ ta’ Chelsea minkejja li kien wassal lill-blues jirbħu l-UEFA Champions League fl-istaġun li għadda.