Lokali

“Għandna bżonn li anke f’pajjiżna, flusna jintefqu bl-aħjar mod u mhux jitberbqu fuq deals korrotti”

Illum il-Kap tal-Partit Nazzjonalista pparteċipa fis-Summit tal-Partit Popolari Ewropew u, flimkien mal-mexxejja Ewropej iddiskuta dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, l-immigrazzjoni u l-isfidi li ġġib magħha.

Kienu diskussi wkoll il-kompetittività, is-Saltna tad-Dritt u anke dwar kemm hu importanti li jkollna Ewropa Soċjali li tħares liż-żgħir u li toħloq opportunitajiet biex ħadd ma jibqa’ lura.

F’messaġġ lill-media fi tmiem is-Summit, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li hu għalhekk li għandna bżonn li anke f’pajjiżna, flusna jintefqu bl-aħjar mod u mhux jitberqbu fuq deals korrotti.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li hu għalhekk ukoll li jeħtieġ li jkollna istituzzjonijiet li jaħdmu u li jkollna gvern iffukat u mhux aljenat fit-taħwid li ħoloq hu stess.

Preżenti għas-summit tal-EPP kien hemm ukoll il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u l-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen.