Kultura Lokali

Id-dramm “Fit-3PM” fit-teatru ta’ Spazju Kreattiv

Ma xtaqx li titlaq qabel jagħmel l-aħħar ikla flimkien. Ser tirritorna. Żgur ser tirritorna għax tħobbu. Il-bagalji ser tħallihom warajha…Ma jridx…

X’fihom? Forsi ma fihom xejn…Forsi hemm kollox. Jaf x’ser jitlef…Jaf x’ser jirbaħ. X’jagħmel? Tgħid imur magħha u jħalli l-bagalji warajh hu ukoll. Wara kollox l-importanti li terġa tiġi hi. U fit-3pm imejjel rasu u jmut. Imejjel rasu għax hemm bżonn jgħid iva. Ħsiebu dwar il-ħajja jisfuma fix-xejn. Huwa aħjar li tmut persuna waħda għall-bqija?

“Fit-3PM” huwa dramm mill-pinna ta’ Lon Kirkop flimkien mal-produzzjoni u direzzjoni ta’ Joseph Galea u Carlos Farrugia.

Il-Ġimgħa 31 ta’ Marzu u s-Sibt 1 t’April fit-8pm

Il-Ħadd 2 t’April fis-7pm

It-Tlieta 4 t’April u l-Erbgħa 5 t’April fit-8pm

Il-Ġimgħa 7 t’April fl-10.30am

Is-Sibt 8 t’April fit-8pm

Biljetti minn Spazju Kreattiv