Lokali Parlament

Il-microchipping għandha tkun infurzata kif suppost

Janice Chetcuti, PN

Id-deputat Nazzjonalista Janice Chetcuti appellat fil-parlament biex il-microchipping tkun infurzata kif suppost biex ikunu evitati ħafna klieb li jiġu abbandunati u l-għaqdiet volonvtarji jkunu mgħejjuna fil-ħidma tagħhom.

Hi tkellmet dwar il-microchipping u għamlet riferenza għal diversi mistoqsijiet parlamentari dwar kemm instabu klieb chipped jew le iżda baqgħet bla tweġiba. Id-deputat Nazzjonalista għamlet riferenza għall-istorja ta’ dieqa ta’ Maggie, kelba tal-għamla Pitbull li nstabet bi grieġi gravi għax x’aktarx intużat bħala bait biex klieb oħra jitrenjaw fuqha. Hi sostniet li kienet staqsiet saritx investigazzjoni dwarha iżda t-tweġiba kienet li mhux chipped.

You sent Il-Ministru wieġbet għal mistoqsija oħra u qalet li jiċċekjaw lill-micro chipped biss jekk ikollhom rapport u mhux kif titlob il-ligi anke permezz ta’ spot checks fuq kulħadd fit-triq ukoll

You sent Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-microchipping jekk niġi nfurzata kif jixraq niffrankaw ħafna klieb isofru abbandun u li jiġu maħqura u l-NGOs jieħdu r-ruħ

You sent Fl-aħħar 48 siegħa, 21 kelb ittiehdu mill-NGOs mingħajr chip kaġun ta’ nuqqas ta’ infurzar.

Hi irringrazzjat lill-voluntiera tal-Għaqda tar-Residenti Santa Marija Estate li jieħdu ħsieb Wied Għajn Żejtuna u lill-Ministru Miriam Dalli li tat l-appoġġ tagħha anke fit- tisqija iżda hemm widien oħra li huma totalment mitluqa u abbandunati. Eżempju tipiku hu Wied Blandun bejn Paola, il-Fgura u t-tliet ibliet.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li lhom tmien snin jiġu mwiegħda studji u għexieren eluf ta’ ewros biex jiġi riġenerat. Dan il-wied hu mimli skart tal-kostruzzjoni u skart domestiku. Il-PN iwiegħed li jinxtara art privata biex titgawda mill-pubbliku.

Fil-Mellieħa qed isir bil-kontra tal-proposta tal-PN li kien ippropona li l-kunsilli jingħataw għajnuna finanzjarja u legali biex jixtru huma ukoll artijiet ta’ dan it-tip. Ma nħallux aktar żgħażagħ jagħżlu li jitilqu minħabba nuqqas ta’ arja nadifa u nuqqas spazji ħodor.