Lokali

In-negozji għadhom isibu diffikultajiet bl-iskema tar-riċiklaġġ tal-fliexken

Għaddew erba’ xhur mindu bdiet l-iskema tar-riċiklaġġ tal-fliexken tal-plastik, ħġieġ u kontenituri tax-xorb tal-landa – b’għad ta’ negozji għadhom qed isibu numru ta’ diffikultajiet fir-rigward ta’ din l-iskema.

Waqt laqgħa li saret dwar is-sistema tal-BCRS, is-Segretarju tal-Assoċjazjzoni tal-Istabbiliment tal-Catering, Matthew Pace spjegalna kif is-sidien tar-ristoranti ilhom xhur jissieltu biex jieħdu flushom lura, bis-sistemà tagħmilha ferm diffiċli biex jagħmlu dan.

Matthew Pace spjega kif għall-bidu, jidher li l-kumpanija kellha diversi problemi fl-implimentazzjoni tal-iskema…

Jidher li issa qed isiru diskussjonijiet biex id-diffikultajiet kollha li n-negozji qed jaffaċjaw jiġu indirizzati.

Waqt il-konferenza tħabbar li sa nofs Marzu ġew riċiklati 44.4 miljun flixkun, għal total ta’ 1,834 tunellata f’materjal riċiklat. Dan filwaqt li ngħataw €45,340 f’donazzjonijiet.