Lokali Parlament

Jeħtieġ sigurtà fil-postijiet pubbliċi u l-playing fields

Stanley Zammit, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit appella fil-parlament biex jiddaħħlu miżuri ta’ sigurtà fil-postijiet pubbliċi u l-playing fields.

Hu tkellem dwar is-sigurtá pubblika; is-sikurezza tal-pubbliku minn perikli ta’ korriment jew b’mod iehor kif ser innaqsu ir-riskji f’postijiet pubbliċi milli xi persuna tweġġa’ jew titlef ħajjitha. F’dan il-qasam f’pajjiżna hawn vojt jekk mhux konfużjoni.

Waqt li għal kull post tax-xogħol hawn l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) li hi responsabbli li tiżgura li jinġieb ’il quddiem u li jkun salvagwardat il-ġid fiżiku, psikoloġiku u soċjali tal-ħaddiema kollha, fejn jidħlu postijiet u spazji pubbliċi għandna vacum.

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli, il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat qalet li r-responsabbiltà għas-saħħa u s-sigurtà ta’ spazji pubbliċi taqa’ fuq is-sid. Speċifikament dwar saħħa u sigurtà fil-playing fields hemm standard nazzjonali volontarju ppubblikat mill-Istitut tal-Istandards u l-Metroloġija fi ħdan l-MCCAA.

San l-Istitut jipprovdi wkoll servizz ta’ verifika kontra r-rekwiżiti ta’ dan l-istandard fuq bażi volontarja wara talba li tista’ ssir minn min huwa responsabbli għal dawn il-postijiet, f’dan il-każ il-Kunsilli Lokali.

Dan ifisser illi waqt illi hemm possibilità li f’każ li xi ħadd jkorri f’post pubbliku dan jista’ jfittex fil-qorti lis-sid, lill-Kunsill Lokali, lill-entità pubblika bħal Parks Malta skont il-każ. M’hemm l-ebda awtorità jew entità illi tassigura l-istandards ta’ saħħa u sigurtà, fejn applikabli, f’postijiet publiċi huma milħuqa.

Huwa biss fuq bażi volontarja illi dawn l-istandards, il-miżuri ta’ saħħa u sigurtà f’postijiet pubbliċi ikunu implimentati imbagħad, bħal ma jiġri ħafna drabi nittamaw li ma jinqala’ xejn u meta jinqala’, waqt li min ikun korra jibda l-martirju tiegħu, is-sid jew l-entità responsabli jaraw kif ser joħorġu minnha u tittranġa xi ħaġa.

Din hija r-raguni għaliex, waqt li ħafna playing fields huma magħluqin bi gradi, mhux kollha huma; ħafna mill-ġonna pubbliċi, anke jekk ikun hemm it-tfal jiġru u jilagħbu, m’humiex. M’hemmx standard.

Il-Park ta’ Wied Tfulija huwa wieħed minn dawn il-postijiet illi m’għandux grada li tagħlaq il-post għat-triq. Dan il-park huwa eżempju ċar fejn, il-miżuri ta’ sigurtà intesew kompletament mill-bidu, mid-disinn.

Dawn il-partijiet tal-park, li jagħmlu l-parti l-kbira tal-park, jew kienu disinjati għal persuni adulti u mingħajr diffikultajiet għaliex lanqas ma huma użabbli minn persuni b’diffikultajiet fil-mixi u addio aċċessibilità u inklużjoni jew kien iddisinjat ħażin, bi ftit li xejn ħsieb ta’ safety u bi ħsieb dejjaq ta’ użu.

Meta tagħmel ix-xita, din iġġor magħha iż-żrar u l-ġebel gġal il-parti tan-nofs li hija ppavimentata!

Imma mhux biżżejjed illi l-park, il-playing field, il-ġnien, l-ispazju pubbliku jkun iddisinjat tajjeb u l-apparat li jinxtara ikun adekwat u appropriju.

F’Malta, għal dawn l-ispazzji, m’għandniex kultura ta’ manutenzjoni preventiva u manutenzjoni pjanata. Nistennew li xi ħaġa tinqala’, tinkisser, iweġġa’ xi ħadd, imbagħad nieħdu azzjoni.

Biżżejjed wieħed jagħti ħarsa lejn uħud mill-playing fields madwar pajjiżna; madum tal-lasktu magħqluh, bandli b’biċċiet neqsin, slides maqsumin u apparat żlugat.

Għalxejn nitfgħu r-responsabilità fuq il-kunsilli meta dawn huma imnixxfa mill-finanzi. F’Wied il-Qlejgħa f’Novembru ta’ l-2021 sfrondat parti mit-triq waqt li qed nistennew li jitkomplew ix-xogħolijiet ingħata l-aċċess b’ħafna pompa imbagħad inwaħħlu t-tabelli li huwa ta’ periklu.

Hu appella biex ma jiġrix bħal ma gara fil-każ tal-iskejjel, fejn kien biss wara inċidenti bħal tat-tfajjel ta’ 14-il sena li tilef ħajtu meta ntlaqat mil-lasta tal-football 20 sena ilu li fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni inħolqot struttura li tassigura u tinforza is-safety fl-iskejjel.

Jeħtieġ li jkollna strutturi effikaċi u imsaħħa bir-riżorsi neċessarjiabiex il-playing fields u l-ispazji pubbliċi mhux biss jiġu disinjati abbażi ta’ standards stabbiliti imma ukoll tingħata l-għodda neċessarja lil min hu responsabli li jagħmel il-manutenzjoni fil-ħin u mhux meta jkun tard wisa.