Lokali

Kun parti mill-proġett ta’ Londra!

Grazzi għall-ġenerożità tal-pubbliku, is-sena l-oħra Puttinu Cares laħqu ħolma kbira li jiġbru biżżejjed fondi biex ikunu jistgħu jixtru binja bla ċens fil-qalba ta’ Londra, 10 minuti mixi mill-pjazza Russell.

Issa bdiet il-ħidma biex il-binja jgħammruha għall-bżonnijiet tal-pazjenti u l-familjari tagħhom, flimkien ma’ bini ta’ sular ieħor biex jintlaqgħu iktar pazjenti.

Għal darb’oħra, Puttinu Cares qed jappella għall-ġenerożità tal-pubbliku sabiex ikunu parti minn dan il-proġett. Ara kif tista’ tgħin:

1. Agħmel il-kontribut tiegħek matul il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi li se tixxandar diretta fuq TVM u stazzjonijiet oħra nhar il-Ġimgħa l-Kbira, fis-7 ta’ April 2023, mid-9am sat-3pm, u mid-9pm sa nofsillejl. Kull kontribuzzjoni li l-kumpaniji jew organizzazjoni jagħtu lil Puttinu titħabbar waqt il-maratona. Il-logo tan-negozju jista’ jidher dirett waqt ix-xandira u s-somma titħabbar mill-preżentatur. Il-kumpaniji jew organizzazjonijiet jistgħu ukoll immorru u jagħmlu l-preżentazzjoni tad-donazzjoni waqt il-maratona.

2. Sponsorja kamra: Kamra tal-banju (€2,500), kamra tas-sodda (€5,000), jew kċina (€10,000). Għal kull sponsor titwaħħal plakka fil-kamra tal-appartament bl-isem ta’ l-individwu jew tal-kumpanija jew tal-organizzazjoni li tkun sponsorjat il-kamra.

3. Aqsam dan l-artiklu ma’ kollegi, ħbieb, u ma kull min taf li jista’ jikkontribwixxi għal ħajjet dawn il-pazjenti.

Għal aktar informazzjoni kif tista’ tingħaqad magħhom, ibagħtilhom imejl fuq info@puttinucares.org jew ċempel fuq 99672790.

Puttinu Cares jirringrazzjak tal-ġenerożità tiegħek ❤️