Lokali

Mark Camilleri jgħid li l-Labour sar “organizzazzjoni kriminali”

“Il-Prim Ministru Robert Abela qed jagħmilha ċara daqs il-kristall lid-dinja kollha – il-Labour huwa organizzazjoni kriminali”.

Dikjarazzjoni b’saħħitha li saret mill-eks delegat Laburista Mark Camilleri fil-blog tiegħu wara li lbieraħ Robert Abela ħareġ għonqu għal Rosianne Cutajar, minkejja li inkixfu dettalji ġodda dwar ir-rabtiet li kellha man-negozjant Yorgen Fenech illi jinsab akkużat b’kompliċità fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Barra l-Parlament, il-Prim Ministru insista li Cutajar diġa’ ħallset il-prezz politiku sentejn ilu. Iżda imkien ma kkundanna dak li ħareġ miċ-chats li kellha ma’ Fenech – fejn fost l-oħrajn ikkonfermat li ħadet mingħandu €9,000 u li kienet lesta “titħanżer” bħalma jagħmlu sħabha tal-Labour.

Fi kliem il-ġurnalist Mark Camilleri, dan kollu jikkonferma li l-Partit Laburista sa “organizzazjoni kriminali” li jirrenja bl-impunità u b’dak li hu sejjaħ ‘cover-up’ minn naħa tal-Pulizija.