Futbol Sport

Rekords ġodda minn Harry Kane u Cristiano Ronaldo

(Ritratt: EPA)

Harry Kane sar l-aqwa skorer tat-tim nazzjonali Ingliż meta skorja l-54 gowl tiegħu fir-rebħa li l-Ingilterra kisbet barra minn darha kontra l-Italja bl-iskor ta’ 2-1. Kien Declan Rice li poġġa lit-tim Ingliż fil-vantaġġ b’Harry Kane jirdoppja permezz ta’ penalty. L-Italja wettqu reazzjoni fit-tieni taqsima u naqsu l-iskor permezz ta’ Mateo Retegui.

Cristiano Ronaldo sar l-aktar player li libes il-flokk tat-tim nazzjonali meta kien protagonista b’żewġ gowls fir-rebħa li l-Portugall kellhom fuq l-Liechtenstein bl-iskor ta’ 4-0. Joao Cancelo poġġa lill-Portugall fil-vantaġġ wara tmien minuti. Fit-tieni taqsima l-Portugall skorjaw tliet darbiet, l-ewwel kien Bernardo Silva biex mbagħad kienu żewġ gowls ta’ Cristiano Ronaldo li għamlu l-iskor 4-0.

EURO 2024: Grupp Ċ: Italja v Ingilterra 1-2, Maċedonja v Malta 2-1 Grupp H: Kazakhstan v Slovenja 1-2, Danimarka v Finlandja 3-1 Grupp J: Bosnja v Iżlanda 3-0, Portugall v Liechtenstein 4-0, Slovakkja v Lussemburgu 0-0