Lokali Qorti

FIL-QORTI: “Tal-mistħija kif għal €160 jitressaq bidwi u min seraq €400 miljun qisu xejn”

“Veru tal-mistħija kif fuq allegat falsifikazzjoni ta’  €160 jitressaq bidwi l-Qorti u minflok għandha lil tal-Vitals li serqu €400 miljun u qiesu xejn mhux xejn. Minflok r-riżorsi qed jintużaw biex isiru investigazzjonijiet serji, qed jinħlew biex jitressqu ċittadini komuni.”

Dan qalu l-Avukat David Bonello quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima li qed jidher għal bidwi ta’ 42 sena mill-Imġarr li beda għaddej proċeduri għax skont il-Proselkuzzjoni iċ-ċrieket li kellhom tmien tiġiġiet ma jirrispekkjawx, ma’ l-età li għandhom u li għalhekk kien qed iqarraq u spiċċa mixli b’falsifikazzjoni.

Żewġ uffiċjali li xehdu fil-każ ta’ Ivan Borg li huwa bidwi ‘full time’ ma qalux kif dan qarraq fuq l-età tat-tiġieġ fejn qed jiġi allegat li l-età tagħhom huwa ta’ tliet snin u mhux ta’ sitt xhur, kif jidhru fuq iċ-ċertifikat. Borg kien fi skema li jrabbi tiġieġ ta’ razza pura Maltija u bħala kumpens jingħata 20 ewro fis-sena għal kull waħda, u spiċċa tressaq il-Qorti b’ċitazzjoni fuq l-età tat-tiġieġ.

Ivan Borg kien qed irabbi tiġieġ ta’ razza Maltija u kien qed jibbenefika 20 ewro kull sena għal kull tiġieġa bħala kumpens talli L-ewwel xhud kien Carmelo Catania li jaħdem bħala ‘inspector’ li għamel spezzjoni fir-razzett ta’ Ivan Borg, li fuq mistoqsija tal-Qorti qal li jaf li jinsab l-Imġarr, iżda ma jafx f’liema triq jinsab.

Mix-xhieda kollox jindika li l-każ ilu jiġi nvestigat mhux ħażin għaliex l-ispezzjoni saret minn Catania fis-27 ta’ Lulju tal-2021. Qal li hu kien mar jispezzjona l-annimali kollha miktubin u li kellu jara huma fir-reġistru u qabbilhom maċ-ċertikati, li jkunu prodotti minn persuna nkarigata.

Tenna li kien ma għandu f’żewġ postijiet differenti, l-Imġarr, u li fit-tieni għalqa kien hemm anninali biċ-ċreiket bl-età li ma taqbilx maċ-ċertifikat. L-anninali jidher li kellhom sitt xhur u meta tqabbilhom dawn kellhom bejn sena u tliet snin. Ix-xhud qal li ċ-ċrieket ikunu, l-aġenzija li tagħtihom lil bdiewa. Tenna li hu skopra tmien ċrieket fuq tmien tiġiġiet. L-Avukat Bonello staqsa lix-xhud jekk sarux xi verifiki u dawn it-tmien tiġiġiet ingħataw iċ-ċrieket, bix-xhud jgħid li ma jafx.

Mistoqsi jekk għamilx verifiki qabel ma’ mar għand il-Pulizija, tenna li ċċekkja maċ-ċertifikati. Qal li ma kienx hu li dde1ieda l-età iddeċidwha l-inspectorr u ħaddieħor. Dwar x’’xpertise’ għandu biex ikun jaf jekk tiġieġa għandhiex sitt xhur jew tliet snin, ix-xhud qal li huwa ‘breeder’ u għandu l-esperjenza.

Dwar xi gwadan għamel Ivan Borg.? Tenna li il-gwadan hu biex ma jsirux ċeritkati ġodda, għax fuqhom hemm xi ħlas, bix-xhud jgħid li ma jafx kemm hu l-ħlas. Tenna li  hemm NGO awtorizzata, li jisimha ‘Breeds of Origin’. Qal li din titqabbad mill-Gvern wara li ssir sejħa. Qal ukoll li t-tiġieġ huma ta’ razza  ‘black Maltese’ u li dawn jitrabbew minn raħħala biex ma tintilfux din l-ispeċi ta’ tiġġieġ ta’ razza Maltija.

Xehed ukoll Christian Schembri, li huwa uffiċjal tal-Project Alpa – li jagħmel verifikki tal-applikazzjoni fuq l-agrikoltura. Tenna li teżisti miżura li tikkonsera l-bio diversità, fuq speċi ta’ annimali li jistgħu jiġu estinti.

Minbarra tiġieġ, dawn jinklud l-għoġol u l-ħaruf li huma ta’ razza Maltija. Qal li l-akkużat kien applika għal miżura fl-2018 u l-2019 biex 30 tiġieġa, fl-ewwel sena u għal 37 oħra fl-2019. Tenna li wara jsir kuntratt ta’ ġestjoni.  Qal li kull sena ssir applikazzjoni.  L-obbligu tal-applikant hu li t-tiġieġa sewda li jkollha ċurket u ċertifkat ta’ razza.

Tenna biex wieħed jappliku u jieħu xi tip ta’ għajuna irid ikollu minimu ta’ 30 tiġieġa ta’ din ir-razza Maltija, bil-liċenzja tkun għal perjodu ta’ ħames snin. Min ikollu dan l-aċċess irid jikkurahom u jkunu biċ-ċrieket jew micro chip. Dan jingħata mill-Gver 20 euro fis-sena għal kull tieġieġa, b’kollox 600 ewro fis-sena kull 30 tiġieġa.

Meta wieġed japplika irid ikollu diġa tiġieġ ta’ din ir-razza. Fuq mistoqsija tal-Qorti jekk imutu xi tiġieġ l-applikant irid jinfurmha lil NGO li tieħu ħsieb. Qal li fil-fatt l-akkużat, fl-2019 mietilu tnejn. U li wara mietulu erba’ oħra. Taż-żewġ tiġiġiet it-talba tiegħu ġiet aċettata mill-Bord imma tal-erba’ l-oħra, l-Bord qal li ma kellux raġun u spiċċaw twaqqfu l-flus tal-għajnuna li kien jingħata talli jżomm dawn it-tiġieġ.  Il-każ se jkompli fl-1 ta’ Ġunju fil-11am. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Shawn Friggieri.