Lokali

Waqt li komplew jitħanżru, issa jriduna nissikkaw iċ-ċintorin – PN

Wara 10 snin ta’ Gvern Laburista bil-mentalità ta’ “ma jimpurtanix, kulħadd jitħanżer”, ilbieraħ Clyde Caruana qam fil-Parlament u qalilna li hemm bżonn li nissikaw iċ-ċintorin biex nikkontrollaw l-ispiża tal-Gvern.

Dan qalu d-deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia fi stqarrija maħruġa llum.

Fi kliem Clyde Caruana stess, għandna naraw li l-prijoritajiet tal-Gvern jagħmlu sens. Għalhekk, Robert Abela u Clyde Caruana għandhom jaraw li jieqfu jimxu bil-mentalità ta’ “ma jimpurtanix, kulħadd jitħanżer” u jaraw li jamministraw il-finanzi ta’ pajjiżna bis-serjetà biex ħadd ma jibqa’ lura.

Jekk il-Ministru tal-Finanzi qed jinkwetah id-dejn tal-Gvern, għandu jibda billi jġib lura dak li nsteraq mill-poplu u mhux billi jissikka ċ-ċintorin għall-ħaddiema, il-familji u n-negozji.