Sport Sport Ieħor

Blackball: Jojo’s Birżebbuġa u Ħamrun 147 B b’sieq waħda fil-finali

Jojo’s Birżebbuġa u Ħamrun 147 B bnew vantaġġ tajjeb fl-ewwel leg tas-semifinali tan-National Easter Trophy hekk kif għelbu lill-avversarji rispettivi tagħhom.

Jojo’s Birżebbuġa għelbu lil Valletta Breakwater 13-7 filwaqt li Ħamrun 147 B għelbu lill-ewwel tim tagħhom 147 A 12-8.

Mill-banda l-oħra, erba’ timijiet kisbu post fis-semifinali tar-Regional Easter Trophy wara li marru tajjeb fiż-żewġ legs rispettivi. Fil-fatt, Birkirkara Youngsters, Birkirkara Boċċi, San Ġwann Nick’s A u Mosta St Mary A.

Birkirkara Youngsters iddominaw il-konfront kontra Każin Pinto Qormi B hekk kif rebħu 21-3. fl-istess waqt fid-derby ta’ Birkirkara, Boċċi għelbu lil Duke’s A 21-12 filwaqt li San Ġwann Nick’s A kienu ferm aħjar fuq żewġ legs kontra Selmun Bar A tant li rebħu 21-4.

Mosta St Mary A sabuha ferm diffiċli sabiex jegħlbu lil Ħamrun 147 C 21-17 sabiex qalbu r-riżultat wara li kienu tilfu l-ewwel leg 11-9.

Finalment fil-Community Easter Trophy, PL Balzan B kisbu l-kwalifikazzjoni għas-semifinali minkejja li tilfu 21-19 kontra Ħamrun 147 D. Fil-fatt huma kienu rebħu l-ewwel leg 12-8.

Anke Jojo’s Birżebbuġa B u Valletta Fossa Boys għaddew għas-semifinali wara skors pożittivi kontra Ta’ Ċaċċu Qormi (21-8) u Birkirkara Duke’s B (21-7)

Domus rebħu 23-22 kontra Mosta St Mary C sabiex għamluha wkoll għal mal-aħħar erbgħa.