Futbol Sport

Doppjetta ta’ Son fid-debutt ta’ Klinsmann

L-attakkant ta’ Tottenham Son Heung-min skorja doppjetta fil-logħba bejn il-Korea t’Isfel u l-Kolombja, logħoba li spiċċat fi draw ta’ 2-2, u li kienet ukoll timmarka d-debutt tal-Ġermaniż Jurgen Klinsmann fit-tmexxija tat-tim Asjatiku.

Il-logħba li ntlagħbet f’Ulsan fil-Korea kellha żewġ uċuħ bil-Koreani jiftħu vantaġġ doppju sa tmiem l-ewwel taqsima, iżda l-Kolombja wettqu reazzjoni tajba fit-tieni taqsima fejn ikkanċellaw dan l-iżvantaġġ biex il-logħba ntemmet fi draw ġust ta’ 2-2.

Son fetaħ l-iskor b’xutt bid-dawra minn barra l-kaxxa u qabel l-intervall skorja direttament minn freekick biex skorja s-37 gowl għal pajjiżu.Fit-tieni taqsima andament differenti u gowls ta’ James Rodriguez u Jorge Carasscal taw draw lill-Kolombjani.