Internazzjonali

Franza: Il-binja tal-Kunsill f’Bordeaux tingħata n-nar waqt il-protesti

Tkompli tiżdied it-tensjoni fi Franza hekk kif il-Ħamis filgħaxija l-binja tal-Kunsill f’Bordeaux ingħatat in-nar waqt il-protesti li għadhom għaddejin f’diversi bliet.

Huwa stmat li madwar miljun persuna ħarġu jiipprotestaw fit-toroq ta’ Franza fejn f’Pariġi biss kien hemm tal-anqas 119,000 persuna fid-dimostrazzjonijiet.

Il-protesti bdew wara li ddaħħlet liġi kontroversjali dwar il-pensjonijiet.

Waqt il-protesti madwar il-pajjiż il-Pulizija kellha tagħmel użu mill-gass tad-dmugħ filwaqt li ġew arrestati 80 persuna.

Intant, diversi unions ħarġu sejħa sabiex ikomplu bil-protesti nhar it-Tlieta li ġej propju fl-istess ġurnata meta ir-Re Charles mistenni jibda ż-żjara statali tiegħu fi Franza.