Futbol Sport

‘Illum urejna li jekk nilagħbu b’din l-attitudni se tkun diffiċli għal kull avversarju” – Michele Marcolini

(Ritratt: Mark Zammit Cordina)

Wara t-telfa ta’ 2-1 li Malta sofriet kontra l-Maċedonja ta’ Fuq fit-Todor Proeski Arena fi Skopje, f’konferenza tal-aħbarijiet li saret wara l-partita, il-kowċ tat-tim Nazzjonali Malti Michele Marcolini qal li jinsab kburi bil-prestazzjoni tal-plejers speċjalment meta wieħed iqies li fl-ewwel taqsima l-iskor baqa’ ma nfetaħx bl-aħjar ċans jiġi għand il-Maltin.

Marcolini saħaq li timijiet bħal dawn ikollhom plejers li jagħmlu d-differenza u dan kien evidenti meta daħal il-plejer ta’ Burnley Churlinov li biddel l-andament tal-logħba. Mister Marcolini qal ukoll li għalkemm forsi ħafna jaħsbu li kontrina se tkun logħba faċli, kontra l-Maċedonja ta’ Fuq it-tim Malti ura li jekk jilgħab b’din l-attitudni se tkun diffiċli għal kull avversarju, irrelevanti minn hu.

Marcolini temm jgħid li f’dan il-grupp se tkun diffiċli li nakkwistax xi punti iżda l-futbol jaf ikun stramb u t-tim Malti m’għandu xejn x’jitlef għax huwa l-iżgħar pajjiż fi Grupp C iżda mu se nkunu qed nibżgħu nilagħbu kontra ħadd.

Dwar il-logħba tal-Ħadd kontra l-Italja Marcolini qal li jekk kontra l-Maċedonja ta’ Fuq kienet diffiċli, kontra l-Italja se tkun ħafna aktar, iżda dan nafuħ nafu l-qawwa tat-tim Taljan iżda rridu nipprovaw nilgħabu il-logħba tagħna u nibqgħu ikkonċentrati bħalma għamilna fil-Maċedonja.