Sport Waterpolo

Impenji internazzjonali għal Alex de Raffaele u Massimo Angileri matul Marzu

(Ritratti: Martin Agius, Matthew Tabone)

Artiklu: Stewart Said

Ix-xahar ta’ Marzu kien wieħed pożittiv għar-referees Maltin tal-waterpolo. Minbarra l-impenji fil-kompetizzjonijiet domestiċi, ir-referees Massimo Angileri u Alex de Raffaele kienu magħżula għal appuntamenti internazzjonali.

Massimo Angileri kien imsejjaħ biex ikun wieħed mir-referees għall-grupp ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja minn Diviżjoni, grupp li kien hemm involut it-tim Malti. Flimkien ma’ pajjiżna, kien hemm ukoll ir-Renju Unit, il-Ġermanja, ir-Rumanija u l-Ukrajna.

Angileri flimkien ma’ referees oħra, ikkontrolla l-logħbiet Ġermanja v Ukrajna, Ukrajna v Renju Unit, Rumanija v Ġermanja u Ukrajna v Rumanija.

Alex de Raffaele kien parti mill-grupp ta’ referees li kkontrollaw il-partiti minn Grupp Ċ tal-kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew ta’ taħt is-17-il sena. F’dan il-grupp ikkompetew ir-Rumanija, l-Ukrajna, l-Iżvizzera, il-Moldova u l-Irlanda.

Flimkien mar-referee Malti kien hemm ukoll Erik Kolar tas-Slovakkja, Damien Taylor tar-Renju Unit, Lukasz Czaplinski tal-Polonja u Mihails Galuska tal-Latvja. De Raffaele kien wieħed mir-referees fil-konfronti Irlanda v Żvizzera, Ukrajna v Żvizzera, Ukrajna v Rumanija u Irlanda v Ukrajna.