Futbol Sport

Kampjonat tal-Veterani: Rebħa kbira għal Rabat Veterans fuq Luxol St. Andrews

Rabat Veterans kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva fil-VMFA Hyundai Premier League meta kisbu rebħa kbira ta’ 10-1 kontra Luxol St Andrews.

Ir-Rabtin ġejjin tagħhom mhux ħażin fejn wara bidu ta’ staġun mhux daqstant pożittiv, it-tim inbidel mil-lejl għan-nhar fit-tieni round tant li kisbu 12-il punti mill-aħħar erba’ logħbiet tagħhom.

L-iskorer prolifiku tagħhom Adam Smeir kien prominenti għar-Rabtin hekk kif skorja erba’ gowls filwaqt li Christian Muscat kien awtur ta’ doppjetta. Timothy Zammit, Dylan Falzon u Kevin Loughborough għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.

Referee: Jonathan Balzan.

Pieta’ Hotspurs kisbu r-raba’ rebħa staġjonali wara li għelbu lil Żurrieq Wolves 5-4. Kienet logħba fejn Pieta’ amministraw għal ħafna mill-ħin b’Żurrieq li naqqsu l-marġni tal-iskor lejn l-aħħar għalkemm ir-reazzjoni tagħhom waslet tard wisq.

Mario Crupi skorja tlieta għal Hotspurs bi Craig Schembri u Jeffrey Chetcuti jżidu żewġ gowls oħra għat-tim tagħhom.

Roderick Caruana skorja tripletta għal Żurrieq b’Jurgen Mifsud iżid ismu fost l-iskorers.