Sport Sport Ieħor

Karting: Jacob Micallef jikkompeti fl-Italja

Fil-ġranet li għaddew, is-sewwieq Malti tal-Karting Jacob Micallef kien fis-South Garda Karting f’Lonato Del Garda, fit-Tramuntana tal-Italja, fejn jikkompeta fit-Trofeo Margutti. Jacob Micallef saq Tony Kart b’magna Vortex mal-Ward Racing Team tal-Iżvezja.

Għoxrin sena wara li twaqqaf Ward Racing, huwa sar wieħed mill-akbar distributuri tal-karts fl-Iżvezja u tim Ewropew ta’ certa fama. Micallef saq bil-kart nru 304 fil-Klassi OK Junior ma’ 31 sewwieq internazzjonali ieħor.

Micallef wara li fl-ewwel rawnds tal-kompetizzjoni zamm mal-erbatax-il post, eventwalment fil-finali tejjeb il-prestazzjoni fejn dahal fit-tnax il-pożizzjoni.