Lokali Qorti

Rikors ta’ Mark Camilleri milqugħ u jingħatawlu d-dokumenti

Ir-rikors b’urġenza li ppreżenta fil-Qorti Kriminali, l-Avukat David Bonello f’isem il-ġurnalist Mark Camilleri intlaqa’ bl-istess Qorti tordna li d-dokumenti jingħataw mill-aktar fis possibbli, kif fil-fatt ġara tard il-Ġimgħa wara nofs inhar. Meta l-Ġimgħa, d-difiża ta’ Camilleri ma ngħatatx aċċess għal dokumenti ferm utli sabiex ikun jista’ jieħu l-passi kollha neċċessarji skont l-liġi biex jipproteġi d-drittijiet fundamentali tiegħu, sar ir-rikors.

Id-dokumenti huma bżonnjużi għal Mark Camilleri biex ikun jista’ jindaga u jieħu azzjoni dwar kif l-investigazzjonijiet mitluba mill-Qorti fil-konfront tiegħu fuq aktar minn 2,000 chat li hu ppubblika bejn Rosianne Cutajar u Yorgen Fenech, li fiha l-Kummissarju tal-Pulizija aġixxa fi ftit ħin.

Mark Camilleri għandu bżonn dawn id-dokumenti biex fost affarijiet oħra jkun jara b’meżi legali dwar kif ittieħdet l-azzjoni dwar kif l-investigazzjonijiet mitluba mill-Qorti, li tlestew b’tant ħeffa u żelu fil-konfront tiegħu f’ temp ta’ ftit siegħat waslu minn naħa tal-Kummissarju tal-Pulizija.

Ir-rikors ta’ Mark Camilleri li ppreżenta fil-Qorti Kriminali aktar kmieni l-Ġimgħa, jgħid li fit-23 ta’ Marzu 2023, skopra mil-meżżi tax-xandir li l-istess Qorti ordnat lill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jieħu passi kriminali a-bazi tal-Artikli 517 u 686 tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta kif wkoll l-Artikolu 997 tal-Kap 12 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Fit-talba tiegħu lill-Imħallef Edwina Grima qal li l-avukat tiegħu mar ir-reġistru tal-Qorti Kriminali sabiex jiġbor kopja tad-dokumenti kollha li wasslu għall-ħruġ tad-digriet tal-Qorti fejn ordnat li jittieħdu proċdecuri kriminali. Sa aktar kmieni mal-jum, minkejja l-insistenza tal-avukat David Bonello sabiex jingħata d-dokumenti kollha abbinati ma din l-ordni tal-Qorti, Bonello ingħata biss d-digriet finali tat-23 ta’ Marzu 2023.

Fit-talba tiegħu huwa qal li għandu bżonn li jkollu dawn d-dokumenti kollha sabiex jkun jista jieħu l-passi kollha neċċessarji skont l-liġi, inkluż sabiex jipproteġi d-drittijiet fundamentali tiegħu u sabiex jindaga u jieħu azzjoni dwar kif l-investigazzjonijiet mitluba tlestew f’tebqa’ t’għajn mill-Kummissarju tal-Pulizija.

Camilleri talab lill-Qorti Kriminali sabiex jinghata kopja tat-tali -dokumenti li huma; id-digriet ta’ tal-Qorti datat 29 ta’ Novembru 2021. Talab ukoll kopja tar-rikors imressaq minn Rosianne Cutajar ta’ nhar it-22 ta’ Marzu 2023. u n-nota tal-Avukat Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2023.  

Talab ukoll għad-Digriet ta’ l-istess Qorti Kriminali datat 22 ta’ Marzu 2023 fejn ġiet ordnata investigazzjoni u n-nota tal-Kummissarju tal-Pulizija datata 22 jew 23 ta’ Marzu, data eżatta mhux magħrufa minn Mark Camilleri,  u dan kollu bil- kundizzjonijiet kollha li l-Qorti tħoss li huma xierqa.

Camilleri ppubblika l-konversazzjonijiet nhar it-Tlieta wara nofsinhar. Nhar l-Erbgħa, l-avukati ta’ Cutajar bdew azzjoni legali. Il-pulizija temmet l-istħarriġ tagħha l-Ħamis, u informat lill-qorti li l-pubblikazzjoni taċ-chats kisret projbizzjoni ta’ Novembru 2021 dwar ir-rilaxx ta’ kwalunkwe informazzjoni misjuba fuq apparat maqbud mingħand Yorgen Fenech.

Minn dakinhar il-Qorti ordnat li Camilleri jiġi akkużat b’disprezz tal-qorti. Jekk jinstab ħati, jista’ jeħel sa xahar ħabs u mmultat sa €4,000. L-avukati tiegħu talbu aċċess għad-dokumenti permezz ta’ rikors lill-Qorti Kriminali li qed tippresjedi wkoll l-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. L-avukati David Bonello u Joseph Mizzi iffirmaw ir-rikors.