Lokali

Peter Agius jitlob lid-Direttur tal-Kuntratti jerfa’ r-responsabbilità wara li naqas milli jaġixxi fuq il-frodi konessa mal-bejgħ tal-isptarijiet

“Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Kuntratti kellu obbligu li jipprevjeni l-frodi fil-kuntratt ta’ Vitals li wassal ghal-bejgh ta’ 3 sptarijiet. Madankollu, huwa għażel li jappoġġa l-Gvern għal tliet snin sħaħ, minkejja s-sejbiet tal-Awditur Ġenerali. Dan l-atteġġjament partiġġjan sewa lill-poplu mal-130 miljun Ewro addizzjonali fuq medda ta’ tliet snin. Is-sentenza reċenti tal-qorti dwar il-Vitals mhux biss tikkonferma n-nuqqasijiet serji tal-gvern izda tobbliga wkoll lid-Direttur tal-Kuntratti biex jerġa’ jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu.” Dawn huma l-kummenti li Peter Agius, kandidat għal MPE, għamel wara ittra li baghat lid-direttur tal-Kuntratti u li ippubblikata fuq il-pagna tieghu ta’ facebook.

Fl-ittra tiegħu, Peter Agius jfakkar fir-responsabbiltajiet legali tad-Direttur tal-Kuntratti, bħala President tal-Kumitat għall-Kuntratti, li jinvestiga u jieħu azzjoni f’każijiet ta’ maniġġar ħażin u frodi relatati ma’ kuntratti pubbliċi.

Peter Agius qal li “l-obbligu tad-Direttur li jieħu azzjoni suppost beda f’Lulju 2020 wara li l-Awditur Ġenerali ħareġ rapport li kkundanna l-kuntratt u li fih wera ksur tekniku u legali tal-liġi u tal-proċedura dwar l-akkwist pubbliku. Minflok, id-Direttur Cachia baqa’ jistenna u jobdi l-istruzzjonijiet mill-Gvern. Infakkar li skont il-liġi, l-uffiċjali pubbliċi huma fdati bi dmirijiet li jħarsu l-interess tal-pubbliku. Huma qegħdin hemm biex jipproteġu l-interess pubbliku mhux lil dawk li qegħdin fil-poter, speċjalment meta dawk fil-poter għandhom objettivi frodulenti.”

Peter Agius irrimarka li f’ittra datata Ġunju 2022, iffirmata b’mod konġunt mal-Membru Parlamentari Darren Carabott, huwa kien diġà qajjem sensiela ta’ dubji fl-operazzjonijiet tad-Dipartiment għall-Kuntratti li suppost huwa maħsub biex iħares li l-liġi Maltija u Ewropea jiġu applikati b’mod tajjeb u biex jiżgura suq ġust u trasparenti fejn għandu x’jaqsam l-akkwist pubbliku. Din l-ittra qatt ma ġiet imwieġba, u dan huwa eżempju ċar ieħor ta’ disprezz għall-obbligi tas-servizz pubbliku.

Peter Agius qal li l-bejgh tal-isptarijiet hu ezempju iehor ta kif il-gvern u l-membri tieghu iridu jkomplu jithanzru minn fuq dahar il-poplu Malti. Dan waqt li l-gvern xhih mal-profesjonisti tas-sahha, xhin mal-investiment fl-infrastruttura tas-sahha, u xhih fuq il-medicini, u xhih mal-pazjenti Maltin li ikollhom bzonn kura barra minn xtutna. Hu weighed li se jkompli jkun il-vuci tal-poplu Malti u jikxef il-hnizrijiet tal-gvern.