Lokali Qorti

Raġel mixli li seraq fjuwil minn makkinarju tal-kostruzzjoni, jinżamm arrestat

Raġel ta’ 38 sena mix-Xemxija nżamm arrestat wara li ġie mixli li seraq fjuwil minn apparat tal-kostruzzjoni. L-Ispettur Ritienne Gauci ressqet il-Qorti lil Stefan Cutajar quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima, fuq akkużi ta’ serq u attentat ta’ serq ta’ fuel ta’ kumpanija tal-kostruzzjoni bbażata fin-Naxxar, Ballut Blocks, kif ukoll ta’ reċidiva.

Cutajar ġie akkużat li seraq il-fuel fl-ewwel attentat tiegħu, fit-13 ta’ Marzu, iżda kien ġie arrestat meta pprova jirrepeti d-delitt matul il-lejl tat-22 ta’ Marzu. L-imputat, li qal lill-Qorti li kien bla xogħol, ċaħad l-akkużi. L-avukat tiegħu, Yanica Barbaro Sant għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest.

It-talba kienet oġġezzjonata mill-prosekuzzjoni, li rrimarkat li minbarra li kien bla xogħol, Cutajar kien ukoll ivvizzjat mid-droga u li fil-pussess tiegħu nstabet parafernali relatata mad-droga fil-ħin tal-arrest tiegħu. “Jien nibża’ li jerġa’ jirrikorri għas-serq,” sostna l-ispettur Gauci, filwaqt li sostna wkoll li l-rekord kriminali tiegħu jindika l-karattru mhux affidabbli tiegħu. L-imputat għandu mill-inqas sitt kundanni preċedenti, ħamsa minnhom għal serq, li jmorru lura għall-2006.

Gwardjan tas-sigurtà pajżan kien għad irid tixhed ukoll, sostna l-ispettur tal-pulizija. Għad-difiża, Barbaro Sant sostna li ma kienx hemm proċeduri pendenti fil-konfront ta’ Cutajar u li ma kienx ħareġ bil-libertà proviżorja fiż-żmien li seħħew l-allegati reati.

“Ma nistax nifhem għaliex il-prosekuzzjoni qed issemmi l-passat tiegħu. Ma jfissirx li se jerġa’ jagħmel hekk,” qal l-avukat li żied li l-imputat kien diġà f’diskussjonijiet mal-Caritas dwar il-bidu ta’ programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga. “Hu għandu bżonn l-għajnuna, mhux il-ħabs,” qal l-avukat.

Barra minn hekk, qalet, l-inċident kien ġie rrekordjat minn CCTV cameras u għalhekk il-provi huma diġà ppreservat. Ma kienx meħtieġ li jinżamm arrestat “fuq xhud wieħed biss”, sostna Barbaro Sant. Il-Qorti, filwaqt li rrimarkat il-kondotta kriminali tal-akkużat, ma qablitx u ordnat li Cutajar jinżamm arrestat, filwaqt li ħeġġet ukoll lill-awtoritajiet biex jagħtuh l-assistenza meħtieġa.