Lokali

Robert Abela jsib flus biex jitħanżru huma, imma mhux għall-professjonisti tas-saħħa – PN

Ritratt: Matthew Tabone

Biex jitħanżru huma, Robert Abela u sħabu jsibu flus, imma għall-infermieri, il-qwiebel u l-professjonisti tas-saħħa m’għandhomx. U din hi konferma oħra ta’ kif il-Gvern ta’ Robert Abela għandu l-prijoritajiet tiegħu ħżiena.

Għall-Partit Nazzjonalista, mhux aċċettabbli li Robert Abela u Chris Fearne ma jirrispettawx lill-infermieri, il-qwiebel u l-kumplament tal-professjonisti tas-saħħa, tant li jrid jiddemotivahom fil-ħidma importanti li jagħmlu. Għall-kuntrarju, il-Partit Nazzjonalista jirrikonoxxi x-xogħol siewi ta’ dawn il-professjonisti tas-saħħa biex il-pazjent ikollu l-aħjar kwalità ta’ kura.

Il-Partit Nazzjonalista jinsisti li l-Istat għandu jirrikonoxxi l-ħidma ta’ dawn il-professjonisti billi jara li l-kundizzjonijiet li jingħataw ikunu l-aħjar possibbli.

Dan intqal fi stqarrija mid-Deputati Nazzjonalisti Stephen Spiteri, Ian Vassallo, Ivan Castillo kif ukoll Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista.