Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi wara inċident f’Burmarrad

Raġel ta’ 42 sena residenti Ħaż Żebbuġ qed isofri minn ġrieħi gravi wara ħabta bejn karozza u mutur.

L-inċident seħħ il-Ġimgħa filgħodu għall-ħabta tat-8:00 fi Triq Burmarrad.

Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 42 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 18-il sena residenti San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku filwaqt li ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.