Lokali

Skomdu ferm quddiem is-sitwazzjoni ta’ Rosianne Cutajar

Ministru ieħor skomdu għall-aħħar, ma jafx x’se jaqbad jwieġeb meta mistoqsi dwar dak kollu li ħareġ dwar id-deputat Rosianne Cutajar – membru Parlamentari Laburista, illi minkejja dak kollu li sirna nafu dwarha fl-aħħar jiem, Robert Abela għadu s’issa jipproteġiha.

Mistoqsi jekk hux komdu b’Rosianne Cutajar miegħu fil-Grupp Parlamentari, il-Ministru Michael Falzon dehem kompletament skomdu; tant li baqa’ jirrifjuta li jwieġeb imqar mistoqsija waħda li hi waħda milli għamilnielu.

“M’għandix iktar x’inżid ma’ dak li diġa’ ntqal,” qal ripetutament Falzon.

Rosianne Cutajar iddiskriviet il-Kabinett Laburista bħala wieħed li qed “jitħanżer”, bil-Ministru Michael Falzon fl-ebda mument ma ċanfar il-kliem użat mill-kollega tiegħu. U minflok, dawwarha fuq il-media fejn insista li l-ġurnalisti m’għandhomx jużaw dan id-diskors.