Lokali

Skont Owen Bonnici… in-nies qed iħarsu lejn il-Gvern b’fiduċja

Iċ-chats li kienu ippublikati iktar kmieni din il-ġimgħa bejn id-Deputat Laburista Rosianne Cutajar u n-negozjant Yorgen Fenech ikopru l-perjodu tas-sajf tas-sena 2019, meta fil-Kabinett ma’ Cutajar kien hemm anke l-Ministru Owen Bonnici.

Kien għalhekk illi Net News staqsa lill-Ministru tal-Arti u l-Kultura biex jgħidilna min kienu l-persuni li kienet qed tirreferi għalihom Cutajar bħala politiċi li jitħanżru… b’Owen Bonnici ma jwieġeb assolutament xejn.

Owen Bonnici qalilna biss li n-nies għandhom fiduċja fil-Gvern, u injora għal kollox il-fatti xokkanti li ħarġu dwar is-saħħa li kellu Yorgen Fenech ma’ dawk tal-qalba f’Kastilja.