Lokali

Direttivi għall-ħaddiema tal-caring stream kollu

Fi-stqarrija li ħarġet l-Allied Health Care Workers’ Union tfakkar lill-membri kollha tagħha li dawn id-direttivi t’hawn taħt għadhom fis-seħħ. 

Minħabba tilwima u direttiva ta’ union oħra , l-Allied health Care Workers Union qed tagħti direttiva lill-ħaddiema membri tagħha li ma jaħslux huma wkoll, iżda jaħslu biss jekk ikunu taħt supervizżjoni tal-infermiera. 

Dan qed jagħmluh għal Senior Health Cares, caring stream kollu, li xogħolhom huwa dejjem li jassittu lill-infermiera, anke’ f’dak inkluż ħasil ta’ pazjenti.  Bħalma jaf kulħadd din is-sezzjoni ta’ ħaddiema xogħolhom hu dejjem li jassistu lil infermiera. 

Dawn id-direttivi huma għall-ħaddiema kollha fl-isptarijiet, kliniċi u Homes ta’ l-anzjani f’Malta u Għawdex. 

Il-Management tar-residenza ta’ San Vincenz ser iqabbad ħaddiema imsemmija hawn fuq biex minn nhar it-Tnejn 27 ta’ Marzu 2023 jitqabbdu  jagħmlu xogħol ta’ teħid tal-pressjoni tad-demm u xogħol ieħor li s’issa qatt ma kienu għamlu. 

Għaldaqstant fiha infisiha hija direttiva ukoll għall-ħaddiema membri tagħna, sabiex ma jieħdux il-pressjoni tad-demm u xogħol ieħor li jistgħu jiġu mqabbda jagħmlu għax mhux fil-job description tagħhom. 

Esmerelda Borg Azzopardi – President

Stephen Cutajar – Segretarju Ġenerali