Fit-tieni jum ta’ logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2024, jispikkaw ir-rebħiet li kisbu Franza u l-Belġju kontra l-Olanda u l-Iżvezja rispettivament.
F’ Pariġi wirja mpressjonanti ta’ Franza li ġabu fix-xejn lill-Olanda ta’ Ronald Koeman, bil-Franċiżi jirbħu 4-0. Għal Franza gowls ta’ Griezmann u Upamecano wara biss tmien minuti, u iktar tard waslet id-doppjetta skorjata mill-captain tat-tim Franċiż Mbappe.
Rebħa tajba kibsu wkoll il-Belġju li rebħu 3-0 barra minn darhom kontra l-Iżvezja. L-eroj tal-Belġjani kien l-attakkant ta’ Inter Romelu Lukaku li skorja hat trick.

Riżultati:
Bulgarija 0-1 Montenegro
Awstrija 4-1 Ażerbajġan
Rep.Ċeka 3-1 Polonja
Franza 4-0 Olanda
Ġibilta’ 0-3 Greċja
Moldova 1-1 Gżejjer Faroe
Serbja 2-0 Litwanja
Żvezja 0-3 Belġju
//= $special ?>