Futbol Sport

EURO 2024 – Round ta’ Kwalifikazzjoni: Franza jġibu fix-xejn lill-Olanda

(Ritratt: EPA)

Fit-tieni jum ta’ logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2024, jispikkaw ir-rebħiet li kisbu Franza u l-Belġju kontra l-Olanda u l-Iżvezja rispettivament.

F’ Pariġi wirja mpressjonanti ta’ Franza li ġabu fix-xejn lill-Olanda ta’ Ronald Koeman, bil-Franċiżi jirbħu 4-0. Għal Franza gowls ta’ Griezmann u Upamecano wara biss tmien minuti, u iktar tard waslet id-doppjetta skorjata mill-captain tat-tim Franċiż Mbappe.

Rebħa tajba kibsu wkoll il-Belġju li rebħu 3-0 barra minn darhom kontra l-Iżvezja. L-eroj tal-Belġjani kien l-attakkant ta’ Inter Romelu Lukaku li skorja hat trick.

Romelu Lukaku jiċċelebra l-ewwel gowl minn tlieta li skorja kontra l-Iżvezzja (Ritratt: EPA)

Riżultati:

Bulgarija 0-1 Montenegro    

Awstrija 4-1 Ażerbajġan    

Rep.Ċeka 3-1 Polonja    

Franza 4-0 Olanda    

Ġibilta’ 0-3 Greċja    

Moldova 1-1 Gżejjer Faroe 

Serbja 2-0 Litwanja             

Żvezja 0-3 Belġju