Lokali

Għaliex il-Pulizija ma mexxietx b’ħeffa fuq id-deal tal-isptarijiet?

Ħafna huma imħassba kif il-Pulizija mexxew b’ħeffa fil-konfront tal-ġurnalist Mark Camilleri filwaqt li dwar id-deal tal-isptarijiet – li ġie kundannat mill-Qorti bħala frawdolenti – għadhom ma għamlu assulutament xejn.

Hekk stqarr l-editur tal-ġurnal The Malta Independent illi analizza l-mod kif l-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija kienu pronti, f’temp ta’ 24 siegħa, biex ħadu passi kontra ġurnalist li ppubblika provi ġodda dwar id-deputat Laburista Rosianne Cutajar u r-rabta li kellha man-negozjant Yorgen Fenech; rabta li kienet tinkludi flejjes u rigali li hi stess, fiċ-chats, ammettiet li kienet tirċievi.

L-Independent tagħmel lista sħiħa ta’ każi gravi li inżammu fuq l-ixkaffa minn naħa tal-Pulizija:

  • id-deal ta’ Vitals u Steward
  • ir-rabta ta’ 17 Black ma’ Keith Schembri u Konrad Mizzi
  • l-iskandlu tax-xiri tal-windfarms fil-Montenegro
  • il-każ xokkanti ta’ Jean Paul Sofia
  • u n-nuqqasijiet kbar fil-mod kif ġiet trattat il-każ ta’ Bernice Cassar, li wassal għall-qtil tagħha