Numru ta’ persuni tilfu ħajjithom wara li tornado qawwi laqat diversi zoni fin-nofsinhar tal-Istati Uniti – maltemp estrem li qered bini, u qata’ l-provvista tal-elettriku.
Il-Ġimgħa filgħodu, maltempati qawwija li pproduċew silġ daqs blalen tal-golf laqtu Mississippi, Alabama u Texas.
Dan it-temp wassal lill-awtoritajiet biex iwissu lir-residenti li kienu f’“sitwazzjoni ta’ theddida għall-ħajjithom”.
It-tornado il-Ġimgħa filgħaxija ikkawża qerda fl-ibliet rurali ta’ Silver City u Rolling Fork … qabel kompla miexi lejn Alabama b’saħħa ta’ 70 mil fis-siegħa.
Għall-ħabta tal-5am tal-Ġimgħa, żewġ tornadoes oħra ta’ 100 mil fis-siegħa laqtu l-Texas u ħallew ħames persuni midruba. Dawn it-trombi tar-riħ ħallew warajhom devastazzjoni u qerda enormi.
Il-gvernatur tal-Mississippi Tate Reeves qal fuq Twitter li t-timijiet ta’ tfittxija u salvataġġ kienu qed jagħmlu dak kollu possibbli, u l-uffiċjali kienu qed jibagħtu aktar ambulanzi u riżorsi ta’ emerġenza lil dawk milquta, filwaqt li nfetħu xelters għal dawk li djarhom ġarrbu ħsarat mill-maltemp.
F’wieħed mill-każi li qed jiġi rappurtat mill-media Amerikana, karozza spiċċat litteralment ittajret bir-riħ u żewġ passiġġieri għerqu f’Missouri waqt xita li kienet nieżla xita qawwija ferm.
Skont rapporti, fil-belt ta’ Rolling Fork, ħafna nies spiccaw maqbuda taħt munzelli ta’ terrapien.
Din il-maltempata mlaqqma “supercell” qed iġġib l-aktar trombi tar-riħ fatali, u anke silġ li qed jagħmel il-ħsara.
//= $special ?>