Basketball Sport

Kampjonat St. James Hospital U/19 Nisa: Luxol jerbħu l-kampjonat tan-nisa taħt id-19-il sena

Colin Schembri

Luxol……………..57

Starlites Blue…..46

(16-17)(14-11)(8-8)(19-10)

L-ewwel kampjonat fil-kategoriji tal-juniors li ntrebaħ kien dak tat-tfajliet ta’ taħt id-19 -il sena fejn fil-finali Luxol għelbu lil Starlites Blue 57-46. Biex waslu għall-finali, Luxol għelbu lit-tieni team ta’ Starlites fil-waqt li Starlites għelbu lil Depiro. Ta min jgħid li fatt posittiv huwa li diversi players li ħadu sehem f’din il-finali diġa jilgħabu wkoll fil-kampjonat nazzjonali. Kienu Starlites li ħadu l-ewwel vantaġġ fil-finali wara punti minn Kaya Mifsud u Mariah Fenech. Luxol kellhom xi turnovers u fallew free-throws biex Starlites baqgħu 4 minn fuq 128-8. Hawn Luxol kellhom 4 punti mingħajr risposta però kien hemm aktar punti minn Fenech biex Starlites temmew l-ewwel sessjoni 17-16 minn fuq. It-tieni sessjoni kienet bilanċjata fl-ewwel ħinijiet fejn għal tlett darbiet kien hemm parita bejn iż-żewġ timijiet. Starlites ħadu vantaġġ ta’ 4 punti wara punti ta’ Andie Saliba u Martina Sciberras però hawn Luxol għamlu tlett baskets oħra minn Sarah Sciberras u Lisa Fenech Pace biex daħlu jistrieħu 30-28 minn fuq.

Wara l-intervall, Starlites reġgħu marru fuq quddiem wara break qasir ta’ 8-2 fosthom punti minn Saliba, Sciberras u Fenech. Ir-risposta ta’ Luxol ġiet bill-punti ta’ Lisa u Sarah Fenech Pace biex baqgħu basket minn fuq 38-36. Fl-aħħar sessjoni, Luxol fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti wara trippla ta’ Jada Said.Starlites ma ċedewx u kellhom risposta minn Fenech u trippla ta’ Saliba iżda Luxol għalqu l-partita bil-punti ta’ Lisa Fenech Pace u Michela Marmara biex ħarġu rebbieħa 57-46. Fi tmiem il-partita s-Segretarju Ġenerali tal-Malta Basketball Association Joseph Muscat ippreżenta t-trofew lil captain ta’ Luxol Lisa Fenech Pace fost il-ferħ tal-partitari tagħhom.

LuxolGwenn Carabott, Rebecca Fenech Pace, Sarah Sciberras 12, Lisa Fenech Pace 12, Michela Marmara 2, Jada Said 7, Ella Abela, Sarah Fenech Pace 16, Shanice Farrugia 6, Vanya Baldacchino, Justine Spiteri, Anna Fenech Pace 2.

Starlites BlueAndie Saliba 16, Valentina Micallef, Nicole Baldacchino, Kaya Mifsud 4, Philippa Riolo, Lexi De Martino 6, Mariah Fenech 15. Desiree Camilleri, Martina Sciberras 5, Maya Majkowska, Ylenia Ferrando.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Nicky Azzopardi, Bogdan Mrkokevic.