Sport Waterpolo

Kampjonat tax-Xitwa: Ebda diffikultà għal Neptunes

(Ritratt: Joseph Galea)

Stewart Said

NEPTUNES VIDEOSLOTS……… 14

EXILES WELBEE’S…………………. 4

(4-2), (1-0), (6-2), (3-0)

Neptunes Videoslots kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fi ftit jiem meta din id-darba għelbu lil Exiles Welbee’s, f’logħba li kkontrollaw mill-bidu sal-aħħar.

Ironikament kienu Exiles li marru minn fuq permezz ta’ Kurt Griscti sakemm Neptunes marru 3-1 minn fuq u baqgħu b’żewġ gowls vantaġġ sa tmiem is-sessjoni. Jordan Camilleri kabbar id-distakk bl-uniku gowl tat-tieni sessjoni.

Neptunes aċċertaw mir-rebħa fit-tielet sessjoni b’erba’ gowls konsekuttivi li bihom kabbru d-distakk għal 9-2 u għamluha impossibbli għal Exiles biex jirkupraw. It-tim ta’ Dorian Pisani kompla jkabbar id-distakk fl-aħħar sessjoni bi tliet gowls konsekuttivi għal rebħa mill-aktar komda.

Neptunes: A. Borg Cole, D. Bugeja (2), S. Gialanze (3), L. Mallia (4), M. Zammit (3), M. Castillo, J. Camilleri (1), R. Galea, J. Bajada, A. Fenech (1), E. Mallia, M. Farrugia, A. Fava

Exiles: M. Castillo, Z. Cutajar Licari (1), M. Paris Roding, L. Gialanze, M. Martellacci (1), S. Xerri de Caro, M. Fenech, K. Griscti (1), N. Paris, D. Fenech, M. Aquilina (1), N. Saliba, F. Buhagiar, A. Farrugia, L. Pursehouse

Referees: Peter Balzan, Ronnie Spiteri

Riżultati

Ilbieraħ

L-Ewwel Diviżjoni

Ta’ Xbiex vsM’xlokk      15-6

M’skala v Barracudas      24-5

Kampjonat Premier

Neptunes v Exiles            14-4

Logħob li jmiss

Għada

L-Ewwel Diviżjoni

Birżebbuġa v Otters         10.00am

Kampjonat Premier

Sliema v Valletta             11.05am

San Ġiljan v Sirens          12.10pm