Lokali

Martin Balzan elett Viċi President tas-CPME

Fi starrija li ħarġet illum is-Sibt, l-iStanding Committee of European Doctors (CPME) qalet li bi pjaċir tħabbar li l-Assemblea Ġenerali tas-CPME,, eleġġiet lil Martin Balzan bħala Viċi President tagħha.

Skont l-istatuti tagħħa, Balzan għandu jservi għall-bqija tat-terminu attwali tal-Bord tad-Diretturi sal-aħħar tal-2024. Huwa se jissorvelja l-oqsma tal-prattika professjonali u s-sistemi tas-saħħa.

Huwa jieħu post il-Viċi President Marily Passakiotou, li rriżenjat wara bidla fir-regoli mill-assoċjazzjoni medika nazzjonali tagħha. Is-CPME tirringrazzja minn qalbha lil Passakiotou għas-snin twal ta’ servizz impenjat tagħha lill-assoċjazzjoni.

Martin Balzan ilu kap tad-delegazzjoni Maltija għas-CPME mill-2003 u ilu rapporteur għall-ambjent mill-2014, jirrappreżenta lis-CPME fl-inizjattiva Lancet Countdown. Il-kontribut l-aktar reċenti tiegħu huwa l-iżvilupp ta’ policies ġodda u aġġornati dwar il-kwalità tal-arja u t-tibdil fil-klima.

Ilu membru tal-kunsill tal-Assoċjazzjoni Medika ta’ Malta mill-1997, u bħalissa huwa President. Serva wkoll bħala Segretarju tal-Commonwealth Medical Association (2008-2010), President UEMS sezzjoni tal-Pneumoloġija (2010-2022), u Segretarju tal-bord Ewropew tal-Akkreditazzjoni fil-pulmonoloġija (2010-2014).

Martin Balzan huwa r- respiratory physician ewlieni fl-Isptar Mater Dei. Huwa Senior Lecturer fl-Iskola Medika tal-Università ta’ Malta, u l-Kampus ta’ Malta tal-Iskola Medika tal-Università Queen Mary ta’ Londra (Barts), b’aktar minn 70 kontribuzzjoni xjentifika għal ismu, prinċipalment dwar l-epidemjoloġija tal-Ażma u kwistjonijiet ambjentali.

Wara l-elezzjoni tal-lum, il-Bord tad-Diretturi sħiħ li se jservi t-terminu 2022-2024 huwa:

President: 

L-Olanda: Dr Christiaan Keijzer

Viċi Presidenti 

L-Irlanda: Prof Dr Ray Walley

Franza: Dr Jacqueline Rossant-Lumbroso

In-Norveġja: Dr Ole Johan Bakke

Malta: Dr Martin Balzan

Teżorier

Il-Finlandja: Dr Marjo Parkkila-Harju

President Immedjat Passat

Il-Ġermanja: Prof Dr Frank Ulrich Montgomery