MALTA …………… 41
ĊIPRU …………….. 24
Malta: R.Apsee, H.Collins, T.Galdes, H.Perkins, M.Davey, D.Apsee, L.Watts, G.Perkins, T.Holloway, R.Holloway, B.Dalton, D.Busuttil, C.Dudman, J.Zammit, R.Gum,
Ċipru: E.Faulder, M.Zakakiotis, G.Cosma, B.Cosma, S.Yarrow, D.Grigoriou, M.Mladenovic, C.Ioannou, C.Paraskeva, C.Brown, H.Fayaz, D.Gerogiou, B.Yarrow, K.Phillips, P.Pouroullis
Referee: L.Wright
Fit-Tony Bezzina Staidum it-tim nazzjonali Malti tar-Rugby Football Union għeleb lil Ċiptu b’punteġġ ta’ 41-24 fit-tielet partita mir-Rugby Europe Conference 1 South, biex b’hekk it-tim Malti kiseb it-tieni rebħa minn tlieta, wara li għeleb lill-iSlovenja u d-disfatta kontra l-Bulgarija.
It-tim Malti mar fil-vantaġġ wara biss żewġ minuti permezz ta’ try ta’ Brendan Dalton, biex għaxar minuti wara, it-tim Malti fetaħ vantaġġ ta’ 10-0, din id-darba bi try ta’ Mark Davey. Chris Dudman żied żewġ punti oħra b’conversion għal 12-0. It-tim Malti kompla jiftaħ il-vantaġġ bi tries minn Luke Watts u Brendan Dalton bl-ewwel taqsima tintemm 22-0 favur Malta.
Fit-tieni taqsima Daniel Apsee skorja l-ħames try ta’ Malta bi Chris Dudman jiskorja conversion oħra għal Malta. It-tim Ċiprijott wettaq rimonta ta’ 17-il punt konsekuttiv biex ġabu l-iskor 34-17. Minkejja dan try ta’ George Perkins u conversion oħra ta’ Chris Dudman għamlet l-iskor għal 41-17, bit-tim Ċiprijot iġib l-iskor finali ta’ 41-24.
Din ir-rebħa tellgħet lil Malta fi-tieni post tal-klassifika u ġabet fi tmiem b’suċċess il-karriera tal-kowċ Damien Neil bħala kowċ tat-tim nazzjonali Malti.
//= $special ?>