Futbol Sport

Spanja b’rebħa komda fuq in-Norveġja b’doppjetta ta’ Joselu

(Ritratt: EPA)

Minn Grupp A Spanja kisbu rebħa komda ta’ 3-0 fuq in-Norveġja, biex bdew b’suċċess l-era taħt il-kowċ Luis de Le Fuente.Huma fetħu l-iskor fit-13-il minuta minn Dani Olmo, qabel doppjetta ta’ Joselu fl-84 u l-85 minuta assigura r-rebħa għall-Ispajnoli.

Minn Grupp D, is-semi finalisti tat-Tazza tad-Dinja, il-Kroazja temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Wales, f’dik li kienet l-ewwel partita ta’ Wales mingħajr l-eks captain Gareth Bale li rtira wara t-Tazza tad-Dinja fil-Qatar. Il-Kroazja fetħu l-iskor fit-28 minuta minn Andrej Kramaric.Madanakollu Wales kisbu d-draw fil-ħin migħti żejjed fi tmiem il-partita bil-gowl jasal permezz ta’ Nathan Broadhead.

Illum: Skozja v Ċipru 3-0, Spanja v Norveġja 3-0, Armenja v Turkija 1-2, Kroazja v Wales 1-1, Belarus v Żvizzera 0-5, Iżrael v Kosova 1-1,Andorra v Rumanija 0-2

Għada: Ingilterra v Ukrajna 6.00pm, Malta v Italja 8.45pm, Kazakhstan v Danimarka 3.00pm, Slovejna v San Marino 6.00pm, Irlanda ta’ Fuq v Finlandja 8.45pm, Liechtenstein v Iżlanda 6.00pm, Lussemburgu v Portugall 8.45pm, Slovakja v Bosnia 8.45pm