Il-Pulizija f’Texas wettqu raid fuq ferrovija tal-merkanzija li kienet qed tivvjaġġa qrib il-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku fejn hemmhekk sabu moħbija mal-15-il immigrant, bi tnejn minnhom bla ħajja. Dan filwaqt li 10 oħra ddaħħlu fi sptar għal kura meħtieġa.
Union Pacific railroad qalet li n-nies instabu f’żewġ vaguni tal-ferrovija li kienet qed tivvjaġġa.
Mill-anqas erba’ persuni ttieħdu bl-ajru lejn San Antonio, filwaqt li oħrajn ittieħdu fi sptarijiet lokali.
Fi stqarrija, is-Segretarju tas-Sigurtà Interna qal li x’aktarx dan il-każ kien marbut mat-traffikar tal-bnedmin u wiegħed li se jżomm lil dawk responsabbli biex iwieġbu għal għemilhom.
//= $special ?>