Lokali

Titkellem għall-ewwel darba: Cutajar tgħid li n-nies qed juruha appoġġ

Wara li ħarġu mijiet ta’ chats li għaddew bejn Rosianne Cutajar u n-negozjant Yorgen Fenech, id-deputat Laburista għażlet li tuża Instagram biex għall-ewwel darba tirreaġixxi fuq dak li għaddej dwarha. B’Cutajar ma tiċħad xejn mill-istejjer kollha li ħarġu din il-ġimgħa, inkluż il-kuntratt oxxen li kellha mal-ITS fejn kienet qed iddaħħal it-tielet paga tagħha biex sempliċiment “titħanżer” bħal sħabha tal-Labour.

Skont Rosianne Cutajar, hemm ħafna nies li qed juru sapport lejha – u ta’ dan irringrazjathom.

Apparti l-komunikazzjonijiet li kellha ma’ Yorgen Fenech, fl-aħħar jiem Cutajar inqabdet ukoll li daħħlet mal-€81,000 (fi tliet snin) bħala konsulenta mal-ITS. Dan filwaqt li kellha l-paga mill-Parlament u paga oħra għas-suppost xogħol li kienet qed tagħmel f’Kastilja.

Fid-dikjarazzjoni tal-assi tal-2019, Rosianne Cutajar kienet niżlet li d-dħul tagħha kien jammonta għal €74,000 – bl-istess Cutajar ma tispeċifikax eżattament minn fejn ġie dan id-dħul.