Lokali

Abela jinjora kompletament l-iskandli tal-Membri Laburista fid-diskors tiegħu

F’diskors li ħa ftit iktar  minn nofs siegħa, il-Prim Ministru Robert Abela fl-ebda mument ma ħass li għandu jindirizza l-iskandli li fl-aħħar jiem affetwaw b’mod negattiv lil pajjiżna.

Attakk partiġġjan wara l-ieħor iżda d-deal skandaluż ta’ Steward u l-kumment inkwetanti ta’ Rosianne Cutajar li l-membri tal-Labour qed jitħanżru fl-ebda mument m’għamluha fid-diskors ta’ Abela.

Kwistjonijiet li Abela, minkejja li għaddew il-ġimgħat, dejjem għażel li jinjorahom kompletament… minkejja li waqt id-diskors tiegħu fl-għeluq l-ewwel sena ta’ tmexxija Laburista, huwa irkonikament qal ripetutament li qatt ma beża’ milli jieħu d-deċiżjonijiet

“Nieħdu d-deċiżjonijiet bla biża’,” qal Abela.

Tispikka b’mod partikolari mistoqsija li għamel Abela stess – “lil min tafdaw biex imexxi lil pajjiżna?”… biex wieħed iwieġeb din il-mistoqsija żgur għandu jġib quddiem għajnejh kif ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna ħadet daqqa ta’ ħarta ‘l isfel kawża tad-deċiżjonijiet ħżiena li ħa l-Partit Laburista fil-poter… b’dawk tal-qalba, li skont Rosianne Cutajar, għażlu li jitilgħu fil-poter biex jitħanżru biss u mhux biex iħarsu l-interess tal-poplu Malti u Għawdxi

“Il-ħażin m’għandnix x’nambuh,” qal Abela.

U matul din l-attività kollha dehret il-qasma li hemm fi ħdan il-Partit Laburista hekk kif Rosianne Cutajar ma dehret imkien… mument ċar li juri kif Cutajar issa qed tiġi mwarba minn sħabha stess li fl-aħħar jiem qabżu għaliha.