Lokali

Awstrijak iweġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza l-Furjana

Awstrijak ta’ 55 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza l-Furjana.

L-inċident seħħ il-Ħadd filgħodu għall-ħabta tat-8:30 hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata li seħħ inċident fi Triq Sa Maison, il-Furjana.

Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li Awstrijak intlaqat minn karozza misjuqa minn Taljan ta’ 49 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Ftit tal-ħin wara l-Awstrijak ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.