“Għalik” – dramm mużikali li jirrakkonta l-passjoni ta’ Ġesu Kristu minn lenti differenti. Dramm mużikali li huwa addatat għal kulħadd.
Permezz ta’ kanzunetti, żfin u reċtar se tkun preżentata l-istorja ta’ Kristu; dramm li jinvolvi grupp ta 250 persuna li ħadmu qatigħ sabiex tittella’ rapprezentazzjoni mill-isbaħ tal-passjoni.
F’din ir-rapreżentazzjoni qed jieħdu sehem nies b’abbiltajiet differenti….. u interessanti l-fatt li hemm narratur bil-lingwa tas-sinjali. U allura, dan huwa dramm mużikali inklussiv li jista’ jitgawda minn kulħadd.
F’dan id-dramm hemm solisti, żeffiena, atturi kif ukoll orkestra magħmula minn 65 persuna.
Preżenti fl-udjenza għal dan id-dramm mużikali se jkun hemm rappreżentanti mid-Dar tal-Providenza kif ukoll mill- iSpecial Olympics.
“Għalik” qed jittella fi tmiem din il-ġimgħa f’Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta. Għal dawk li jixtiequ jsegwuh dan id-dramm mużikali se jixxandar ukoll fuq Net TV fil-perijodu tal-ġimgħa mqaddsa.
//= $special ?>