Lokali Mużika

Gianluca Bezzina huwa r-rebbieħ tat-tielet edizzjoni tal-Festival Mużika Mużika

Is-Sibt filgħaxija ġie fi tmiemu festival tant popolari mal-Maltin…il-festival Mużika Mużika. Ir-rebbieħ tat-tielet edizzjoni ta’ Mużika Mużika huwa l-kantant Gianluca Bezzina bil-kanzunetta ‘Sabiħa’ b’mużika ta’ Philip Vella u lirika ta’ Joe Julian Farrugia.

Fit-tieni post hemm il-kanzunetta ‘Jekk mhux Int’ interpretata minn Drakard u Lisa Gauci filwaqt li l-kanzunetta ‘M’hawnx Bħalek’ tal-kantanta Jasmine Abela kklassifikat fit-tielet post.